Fl-isptar Mater Dei waslu aktar ventilaturi li qed jiġu installati. Dan bħala parti mill-pjan strateġiku sabiex pajjiżna ikun ippreparat għall-imxija tal-Coronavirus. Dawn il-ventilaturi jintużaw fl-eventwalità li l-pazjenti jkollhom kumplikazzjonijiet f’saħħithom u l-virus jolqothom iżjed.
Waqt żjara fl-isptar, id-Deputat Prim Ministru u Ministu għas-Saħħa Chris dar iż-żoni l-ġodda li issa qed jiġu konvertiti għal dik ta’ waħda mit-taqsimiet għal-Kura Intensiva. Fejn l-istess taqsimiet issa huma attrezzati b’ventilatur ma’ kull sodda.
F’Mater Dei hemm erba’ żoni ta’ Kura Intensiva u preżentament qed isiru xogħlijiet strutturali sabiex dawn l-ispazji fl-isptar jiżdiedu.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fakkar kif pajjiżi oħra qegħdin jaffaċċjaw diversi sfidi fosthom in-nuqqas ta’ riżorsi umani u ta’ spazju fl-isptarijiet rispettivi tagħhom. Dan qed jiġri minħabba li mhux qed ilaħħqu mad-domanda ta’ pazjenti nfettati li iktar ma jmur iktar qed jeskala b’mod iktar mgħaġġel.
Fl-isfond ta’ dan, l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin jibqgħu jappella biex iċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiżi jibqgħu jobdu d-direttivi ħalli ma jiġux nfettati ħafna persuni f’daqqa.