Il-kumpanija C. FINO & SONS LTD qed tkompli tkabbar l-investiment tagħha f’pajjiżna hekk kif fetħet il-bibien ta’ showroom ġdida li se tkun qed tesebixxi kċejjen tad-ditta rinomata taljana Veneta Cucine. Din hija t-tielet l-ikbar showroom ta’ din id-ditta fl-Ewropa.
B’hekk il-kumpanija mibdijja mill-ħidma ta’ Carmelo Fino fil-ħanut tax-xogħol ġewwa Gwardamangia issa se tkompli tikber biex tgħati lis-sidien ġodda tal-propjeta f’pajjiżna għażla vasta t’għamara biex il-post jiġi tajjeb biex toqgħod fih. Dan filwaqt li jagħtih dehra lussuża u li tolqot l-għajn.
L-ekonomija tajba u stabbli f’pajjiżna qed tkompli tattira dan it-tkabbir fl-investiment. Dan filwaqt li it-tiġdid tal-iskema tal-first time buyers u t-tħabbir tal-iskema tas-second time buyers fil-Budget elfejn u tmintax se jkompli jżidu d-domanda għall-kċejjen u l-għamara tad-djar hekk kif iktar sidien ġodda se jkunu qed jinvestu fi djarhom. Qabel ma’ dan iċ-Ċermen mhux eżekuttiv ta’ Fino, Paul Mercieca li b’tonn trankwil saħaq li l-ekonomija tajba tagħmilha dan l-aqwa żmien għal-tkabbir ta’ dan it-tip fl-investiment.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat li kien preżenti għall-ftugħ tas-showroom saħaq li investimenti bħal dawn jagħmluh kburi. Huwa qal li l-Maltin illum saru jħossuhom komdi li jinvestu fi prodott li jiswa iktar iżda jkun ta’ kwalità aħjar. Dan minħabba li l-familji Maltin qed jigwadanjaw mill-istat ekonomiku posittiv u meta jdaħlu idejhom fil-but isibu wkoll xi ħaġa żejda x’igawdu flimkien.