Fil-Belt Valletta issa wieħed jista’ jsib taxi booth li b’hekk issa għandna erba’ booths tat-taxis il-bojod f’pajjiżna. Din il-booth se taħdem bl-istess sistema ta’ dawk li nsibu fl-ajruport, f’San Ġiljan u fix-xatt tal-Belt Valletta.
Permezz ta’ dawn il-booths, il-passiġġier issa jista’ faċilment jara l-prezz ta’ kemm se jiġi jiswieh il-vjaġġ rispettivament skont il-lokalità li jkun sejjer fiha.
Il-passiġġier se jkun jista’ jħallas u jitlaq b’sistema ta’ pay and go. Din il-booth hija maħsuba biex tkun miftuħa erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
L-għan ta’ taxi booth bħal din huwa li servizz ta’ taxis bojod ikun wieħed aktar trasparenti u li jnaqqas il-lok ta’ abbużi li fis-snin passata seta’ kien hemm.