Fuq il-midja soċjali qed tkompli s-saga Fattigi, hekk kif mart il-Kap Nazzjonalista, Nicki Vella De Fremeaux, reġgħet fetħet attakk kontra l-kap tal-midja Nazzjonalista Pierre Portelli, li kiser il-liġijiet tal-copyright meta seraq id-dramm “Fattigi”.
F’messaġġ fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, l-avukat qalet li s-silenzju min-naħa ta’ Portelli huwa prova biżżejjed ta’ dak li temmen hi, li d-dramm “Fattigi” huwa ta’ Sandro Vella, u li nsteraq minn Portelli.
Hija żiedet tgħid li dan huwa każ kriminali, u insistiet li Portelli għandu jiskuża ruħu kemm ma’ Sandro Vella, il-kittieb tad-dramm, u mas-segwaċi tal-midja Nazzjonalista.