Immaġinak tippranza mal-15-il sular fuq il-Port il-Kbir, mdawwar b’ibliet u fortifikazzjonijiet li malajr ifakkruk fil-kobor ta’ din l-art ħelwa u ċkejkna.
Kellna din l-esperjenza permezz ta’ ‘Dinner In The Sky Malta’.
Kienet ħolma tax-Chef Marvin Gauci, u l-Imprenditur Matt Winegard, li grazzi għall-appoġġ tal-awtoritajiet Maltin, saret opportunità għal kull persuna bi ftit kuraġġ biex igawdi ikla bnina, mdendel fl-ajru mal-40 metru l ‘fuq mill-art.
F’kummenti ma’ ONE News, Marvin Gauci fisser kif l-ambizzjoni ta’ Dinner In The Sky Malta tmur ferm lil’hinn mill-qliegħ finanzjarju.
Iżda lil’hinn mill-esperjenza indimentikabbli, x’toffri ‘Dinner in The Sky Malta’ għal min iħobb żaqqu? Skopru f’dan il-filmat.