General Motors illum mistennija tħabbar li se tbiegħ Vauxhall u Opel lill-kumpanija Franċiża li għadha d-ditti Peugeot u Citroen. Il-grupp PSA skeda konferenza tal-aħbarijiet flimkiem mal-General Motors dalgħodu f’Pariġi. Qed jingħad li ż-żewġ kumpaniji iridu jħabbru fl-ftehim qabel il-bidu tal-wirja tal-karozzi ta’ Geneva li se ssir għada.
Il-bejgħ jista’ jhedded l-għixien ta’ 4,500 ħaddiem ta’ Vauxhall f’Ellesmere Port u Luton, fl-Ingilterra. Uffiċjali ta’ unjins tal-ħaddiema qalu li dawn il-ħaddiema ilhom fi stat ta’ inċertezza għal numru ta’ ġimgħat.