F’mument fejn il-Partit Nazzjonalista hu maqsum anke fuq il-vot dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, id-deputat Edwin Vassallo ħa l-ħin tal-aġġornament fil-parlament biex iwassal il-messaġġ tiegħu.
Qal li d-demokrazija mhedda u tkellem favur id-diversità fil-ħsieb. Sejħa simili għamluha oħrajn fil-Partit Nazzjonalista li bħal Edwin Vassallo ġejjin mill-faxxa konservattiva tal-Partit u jemmnu li dan għandu jmur lura għall-għerqu tiegħu ta’ Religio e patria.
Biex iwassal il-messaġġ tiegħu uża l-Pietru Pawl Busuttil, attivist tal-Partit Nazzjonalista li ħalla din id-dinja fl-aħħar jiem.