Il-grupp parlamentari Nazzjonalista huwa maqsum dwar l-aħħar storja li ħarġet fil-gazetti li tikkonċerna l-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit, id-deputat Kristy Debono.
Id-deputat Nazzjonalista qiegħda tiffaċċja pressjoni sabiex tirrizenja wara li talbet kamra b’xejn mingħand negozjant li kien fil-mira tal-istess partit u bil-moħbi tal-grupp parlamentari nazzjonalista.
Bil-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil jemmnu li Kristy Debono għandha tirriżenja.
Wieħed mill-ftit deputati Nazzjonalisti leali u qrib tal-Kap Nazzjonalista, Edwin Vassallo ddefenda lill-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit, id-deputat Kristy Debono.
Vassallo qal li hu għandu fiduċja fi Kristy Debono izda fl-stess nifs qal li hija ir-responsabilita tagħha ta’ x’tagħmel u ma tagħmilx.
“Jien x’tagħmel kristy hija responsabbilità tagħha. Għandi fiduċja f’dak kollu li tagħmel.”
Il-qasma fil-grupp parlamentari nazzjonalista kompliet toħroġ fil-beraħ x’ħin Vassallo qal li ma jaqbilx ma’ dak li qal d-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi li Kristy Debono hija ta’ ħsara għall-Partit Nazzjonalista.
“Jason Azzopardi qal hija ta’ ħsara taqbel miegħu ? le.”
Wara din id-dikjarazzjoni, staqsejna lil Edwin Vassallo jekk jaqbilx mad-deputat nazzjonalista Ivan Bartolo li fil-Parlament qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab fi stat ta’ borġ ġebel.
“Trid tkun bla qalb tara partit borġ ġebel, u l-imġiba tiegħek tkun waħda inaċċetabbli.”
Iżda Edwin Vassallo deher skomdu u ma riedx iwieġeb għal din il-mistoqsija.
“Taqbel ma’ Ivan Bartolo li l-PN jinsab fi stat ta’ borg ġebel ?”….