Is-seduta parlamentari tal-Erbgħa filgħaxija kompliet turi l-firda u l-qasma li hemm fil-Partit Nazzjonalista. L-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u kelliem għall-governanza t-tajba kellu biss tlett minuti allokati għalih.
Intant, Edwin Vassallo qabbel lil Daphne Crauana Galizia mad-duluri. Huwa qal li l-istess poplu Malti li jmur jixgħel ix-xemgħa quddiem id-Duluri, qed jmur jitfi x-xemgħa tad-duluri vera li mietet għas-sewwa.
Madankollu fid-diskors tiegħu, Vassallo naqas jgħid li xahar u nofs qabel mewtha, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien ħareġ isejħilha biċċa blogger.