Iż-żgħażagħ jistgħu jgħidu tagħhom fuq kwistjonijiet Ewropej fil-konferenza li jagħmlu l-Aġenżija Żgħażagħ darbtejn fis-sena tal-edizzjoni Maltija tal-Mudell tal-Parlament Ewropew. F’din il-konferenza żgħażagħ li għandhom bejn sittax u dsatax-il sena, jingħtaw taħriġ kif ukoll jipparteċipaw f’kumitati u xogħol f’plenarja hekk kif iseħħ fil-Parlament Ewropew.
Wars s-suċċess ta’ edizzjonijiet passati, din is-sena il-kumitati ECON, ITRE, AFCO, SEDE u FEMM ħa jkunu simulati bid-diskussjonijiet jiċċentraw fuq il-kwistjonijiet ta’ inġustizzja fiskali, online piracy, vot online u l-konkorrenza żgħażugħa għall-elezzjonijiet ewropej, l-integrazzjoni militari Ewropeja, kif ukoll l-opportunitajiet indaqs għan-nisa fuq il-post tax-xogħol. Il-konferenza ha tibda b’sezzjoni ta’ taħriġ fuq taħdit fil-pubbliku u kif għandhom jidibattu kif ukoll kif dan kollu jseħħ ġewwa Brussel. Id-delegati imbgħad ha jkunu maqsumin f’kumitati differenti u ha jiddiskutu suġġetti mill-perspettiva tal-pajjiż li jkunu assenjati. Wara, ir-rezoluzzjonijet li joħorġu minn kull kumitat ħa jiġu diskussi f’Assemblea Ġenerali b’xebħ mal-istrutturi użati fi ħdan il-Parlament Ewropew.
Dan il-mudell tal-Parlament Ewropew hija opportunita tajba għal żgħażagħ minn sittax-il sena ‘l fuq biex jipparteċipaw f’djalogu struttrali ma’ żgħżagħ oħra tamparhom sabiex jifhmu aħjar kif jaħdem il-Parlament Ewropew, speċjalment għall-elezzjonijiet li ha jsiru s-sena li ġejja. Attivitajiet bħal dawn għandhom jiġu imħeġġa jipparteċipaw f’attivitajiet bħal dawn fid-dawl tal-avvenimenti tal-Vot 16 f’Malta fejn żgħażagħ ta’ sittax-il sena issa għandhom l-opportunita li jivvutaw f’elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej li jmiss.
L-aħjar erba’ delegati tal-konferenza ħa jingħaqdu ma’ żewġ żgħażugħ Malti ieħor li diġa intgħażel minn edizzjonijiet passati ta’ din il-konferenza sabiex jipparteċipa fl-edizzjoni internazzjonali li jmiss bħala president ta’ wieħed mill-kumitati tal-Mudell Parlament Ewropej li ħa jsir f’Toledo u Madrid f’Novembru li ġej.