Il-Ministeru għall-Enerġija flimkien ma’ disa’ msieħba soċjali varaw kampanja ta’ informazzjoni sabiex in-negozji madwar Malta u Għawdex ikunu aktar effiċjenti meta jużaw l-enerġija.
Din il-kampanja ta’ informazzjoni bl-isem ta’ ‘Be Efficient. Save Energy!’qed issir fl-eqqel tal-kriżi tal-enerġija bla preċedent, li ġiet ikkawżata minħabba l-gwerra fl-Ukrajna.
Il-Ministru responsabbli mill-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli qalet li din il-kampanja hija waħda importanza sabiex in-negozji, fis-settur privat għandhom ikunu aktar kompettivi u anki sostenibbli fil-perjodu li ġejjin.
Intqal li matul din il-kampanja se jkun hemm diversi pariri tekniċi minn esperti fis-settur privat sabiex in-negozji Maltin u Għawdxin ikunu aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija tagħhom.
Il-Ministru Dalli qalet li din il-kampanja se tingħaqad mal-kampanja nazzjonali sabiex il-familji Maltin u Għawdxin ukoll jużaw l-enerġija b’mod effiċjenti.
Il-Ministru Miriam Dalli qalet li dak varat illum ġie wara numru ta’ diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali, bil-għan li pajjiżna jibqa’ miexi ‘l quddiem.
Hawhekk il-Ministru għall-Enerġija semmiet li matul dan iż-żmien ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent, il-Gvern ħa t-triq ta’ stabilita kemm għall-familji u anki għan-negozji Maltin u Għawdxin. Dan hekk kif f’sentejn, il-Gvern se jkun investa biljun ewro sabiex il-prezzijiet tal-enerġija, l-fjuwil u anki l-qamħ jibqa’ wieħed stabbli.
Hija semmiet ukoll kif minn din l-isfida, pajjiżna qed jieħu opportunita. Dan hekk kif il-Gvern qed jagħti aktar assistenza sabiex il-familji u n-negozji jinvestu fir-rinovabbli, li se jwassal għas-sostenibbilita u anki biex pajjiżna jilħaq in-newtralita klimatika.
Hawnhekk hija saħqet dwar il-bilanċ li l-Gvern ħa fl-aħħar żmien, hekk kif qed jipproteġi l-familji u n-negozji waqt li ma jistagnax l-ekonomija; bilanċ li qed iwassal biex pajjiżna qed ikompli jkabbar l-ekonomija.
L-imsieħba soċjali mill-Kamra tal-Kummerċ, mill-MEA, mill-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, l-MHRA, l-MDA, mill-Kamra tal-Inġiniera, mill-ACE, mill-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu u mill-Gozo Business Chamber laqgħu din l-iniżjattiva, li qed semmew li apparti l-istabbilita fil-prezzijiet tal-enerġija, hemm ukoll investiment f’enerġija ħadra u sostennibli.
Intqal li l-għajnuna tal-Gvern żammet l-ekonomija b’saħħitha u baqgħet għaddejja, wara d-daqqa tal-pandemija.