Il-kumpanija Microsoft flimkien mal-Ambaxxata Amerikana f’Malta dalgħodu varaw programm ta’ innovazzjoni bl-isem Next Generation Award immirat lejn żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-24 sena.
Dan il-programm se jgħin lil dawk li japplikaw biex l-ideat innovattivi u teknoloġiċi ma jibqħux fuq il-karta imma isiru realtá.
Dan il-programm li se jkun mifrux fuq tmien xhur, se jkun pjattaforma biex jitkattru aktar proġetti inovattivi li joffru soluzzjonijiet kemm għas-setturi lokali, reġjonali jew internazzjonali fejn tidħol it-teknoloġija.
Dan il-programm, li ġie mniedi bħala proġett pilota, ma jeskludix li fis-snin li ġejjin ikun miftuħ għal firxa akbar ta’ nies.