Vapur tal-merkanzija allegatament inħataf minn pirati tal-baħar qrib il-kosta tas-Somalja.
Numru ta’ persuni, li huma maħsuba li huma pirati, telgħu abbord il-vapur li ġej mis-Sri Lanka lbieraħ.
Kelliem għall-Forza Navali tal-Unjoni Ewropea qal li għadu wisq kmieni biex jiġi kkonfermat li kien hemm numru ta’ pirati involuti.
Jekk din l-aħbar tkun ikkonfermata, dan se jitqies bħala l-ewwel ħtif ta’ vapur kummerċjali minn pirati tal-baħar mis-Somalja mill-2012.
Intqal kif l-Forza Navali ġiet notifikata lbieraħ filgħaxija li vapur tal-merkanzija kien qed jiġi segwit ilbieraħ wara nofsinhar, u ftit wara sparixxa.