Il-vapur tal-Gozo Channel MV Malita se ikun barra mis-servizz għal kważi xahar minħabba li se ssirlu manutenzjoni.
Il-kumpanija Gozo Channel ħabbret dan permezz ta’ stqarrija fejn sostniet li l-vapur mhux se jopera mit-Tnejn 9 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 3 ta’ Frar.
Minkejja dan, il-kumpanija saħqet li s-servizz tal-vapur t’Għawdex se jibqa’ jopera b’mod normali u sabiex tiżgura l-aħjar servizz, fost il-ġimgħa bejn il-ħamsa u s-sebgħa u nofs ta’ filgħodu se tkun qed topera bix-shuttle service.
Intqal ukoll li l-vjaġġi l-oħra se jibqgħu skont l-iskeda u s-servizz jista’ jaqleb shuttle service skont id-domanda ta’ dawk li jaqsmu l-fliegu.