Il-Kumpanija Gozo Channel ħarġet avviż għall-klijentela tagħha li l-vapur MV Malita ser ikun barra mis-servizz nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ġunju 2017 minħabba ‘maintenance’.
Sabiex tiżgura l-aħjar servizz possibli, Gozo Channel ser tkun qed topera ‘shuttle service’ bejn il-05:00 u s-07:30 ta’ filgħodu mill-Mġarr u bejn il-5:30 u s-07:30 ta’ filgħodu miċ-Ċirkewwa sabiex tnaqqas kemm tista’ il-ħin ta’ stennija.
Il-vjaġġi l-oħra jibqghu skond l-skeda u s-servizz jista’ jaqleb shuttle skond id-domanda tat-traffiku.