Fi stqarrija l-kumpanija Gozo Channel qalet li l-vapur MV Malita se jkun barra mis-servizz minn nhar it-Tnejn 8 ta’ Mejju 2017 sal-Hamis 11 ta’ Mejju 2017, dan minhabba tiswijiet għand Palumbo.
Sabiex tiżgura l-aħjar servizz possibbli, Gozo Channel se tkun qed topera ‘shuttle service’ bejn it-Tnejn u l-Hamis bejn il- 05:00 u s-07:30 ta’ filgħodu mill-Imġarr u bejn il-5:30 u s-07:30 ta’ filgħodu miċ-Ċirkewwa sabiex tnaqqas kemm tista’ l-ħin ta’ stennija.
Il-vjaġġi l-oħra se jibqgħu skond l-iskeda u s-servizz jista’ jaqleb shuttle, dan skond id-domanda tat-traffiku.