Il-gwardja tal-kosta Ġappuniża salvat persuna li kien abbord vapur tal-merkanzija li għeb kawża ta’ tifun. Fuq il-vapur hemm abbord 43 ekwipaġġ kif ukoll 6,000 baqra. Huwa instab liebes ġakketta tas-salvataġġ fil-baħar, jinġarr mal-mewġ.
Il-ħaddiem li kien fuq il-vapur li huwa ta’ nazzjonalità Filippina qal illi l-magna tal-vapur waqfet milli taħdem qabel ma’ dan inqaleb kawża ta’ mewġa kbira li laqtitu. Il-vapur li kien ġej mil-Lvant taċ-Ċina, kien bagħat sinjali għas-salvataġġ qabel ma nqaleb.
Il-gwardja tal-kosta Ġappuniża għaddejja b’operazzjoni tat-tfittix permezz ta’ ajruplani u vapuri li qed jikumbattu l-kundizzjonijiet ħarxa tal-maltemp fosthom mewġ għoli u riħ qawwi.