Vapur militari Amerikan qiegħed fi triqtu lejn il-kosta ta’ Gaza f’operazzjoni biex jinbena moll temporanju.
Dan ħareġ minn komunikat uffiċjali tal-armata Amerikana, li qalet kif il-vapur General Frank S Besson telaq mill-Istat ta’ Virginia s-Sibt.
Din il-missjoni skattat wara li l-President Amerikan Joe Biden ħabbar li l-Istati Uniti se jkun qed jgħin lil Gaza permezz ta’ bini ta’ infrastruttura marittima.
Il-Pentagon qalet li l-moll għandu jinbena fi żmien sittin ġurnata minn l-elf suldat Amerikan li iżda mhux se jkunu qed jinżlu fuq l-art f’Gaza waqt l-operazzjoni.