Kien għall-ħabta tal-10:50 meta kaptan abbord vapur li kien mal-moll f’Marsaxlokk innota xi dħaħen ħerġin mill-kamra ta’ fejn tinżamm il-magna tal-vapur.
Fuq il-post sejjaħ l-għajnuna tal-pulizija u l-membri tal-protezzjoni ċivili bħala prekwazzjoni.
Fortunatament kollox mar lura għan-normal f’qasir żmien hekk kif id-dħaħen ġew ikkawżati wara li l-magna kellha xi ħsarat.