Vann li jġorr il-flus għal xi raġuni baqa’ dieħel ġo siġra fit-Telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat.
Minn infomazzjoni li kiseb ONE News, fuq il-post mar tim mediku li ħa minn tal-inqas persuna l-isptar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Barra minn hekk, minħabba n-natura tal-vann bosta pulizija marru fuq il-post minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Għadu mhux magħruf l-istat ta’ saħħa tal-persuna li ttieħdet l-isptar.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.