Seba’ anzjani ittieħdu l-isptar Mater Dei wara inċident li seħħ għall-ħabta tas-13:00, fi Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-sewwieq tal-vann tal-anzjani tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjani l-isptar.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.