Disa’ persuni sfaw midruba wara li vann instaq fuq folla nies fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-Sena f’Tokyo fil-Ġappun.
L-inċident seħħ fi triq Takeshita, li hi magħrufa sew mat-turisti, kif ukoll bħala ċentru kummerċjali fid-distrett ta’ Harajuku.
Fil-ħin tal-inċident it-triq kienet magħluqa għat-traffiku minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena. Din iż-żona hija magħrufa wkoll għad-diversi visitaturi Ġappuniżi li jmorru jitolbu.