ONE News hu nfurmat li vann nqaleb f’Ħal Balzan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:30 fi Triq l-Imdina f’Ħal Balzan meta għal xi raġuni vann tilef il-kontroll bil-konsegwenza li nqaleb. Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija fejn x’aktarx is-sewwieq ħareġ waħdu mill-vettura.
Sewwieqa huma avżati biex joqgħodu attenti jekk jgħaddu miż-żona hekk kif x’aktarx ħareġ xi tip ta’ żejt mill-vann.
Għadu mhux magħruf jekk hemmx persuni midruba.