Vann inħakem minn nirien viċin il-grawnd tal-Luxol.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12:45 ta’ waranofsinhar fi Triq Sant’ Andrija meta għal xi raġuni l-vann inħakem minn nirien.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin kkontrollaw in-nirien.
Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku dan sakemm tneħħa l-periklu hekk kif inxtered ammont ta’ żejt u diesel kawża tal-inċident.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.