Vann inħakem minn nirien fiċ-Ċirkewwa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16:00 qrib il-port taċ-Ċirkewwa meta għal xi raġuni l-vann inħakem minn nirien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħu membr mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Għal xi ħin karreġġjata waħda ngħalqet għat-traffiku.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.