Kmieni l-Ħadd filgħodu għall-ħabta ta’ 3.20 ġew imsejjħa l-Pulizija fi Triq il-Kamelja, l-Ħamrun wara rapporti li vann Mitsubishi Pajero kien qed jieħu n-nar.
L-uffiċjali tal-Pulizija provaw jikkontrollaw in-nirien iżda kellhom isejħu għall-għajnuna tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. B’xorti tajba n-nar ġie kkontrollat u ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li n-nirien kienu kkawżati wara ħsara fil-magna.