Sewwieq ta’ vann ta’ kumpanija tat-taxis ħelisha ħafif wara li kellu jinħareġ mill-vettura minn ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.
Il-vann li kien qed isuq baqa’ dieħel ġo siġra u billoard, fi Triq Aldo Moro il-Marsa.
Is-sewwieq huwa ġuvni ta’ 35 sena residenti Marsascala iżda ta’ nisel Skoċċiż. Huwa ma sofriex ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ fis-7:15 ta’ dalgħodu.