Vann ħa n-nar quddiem iċ-ċimiterju tal-Addolorata. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija ssejħu ftit tal-ħin ilu, bis-sejħa daħlet għall-ħabta tal-10:20am.
L-ewwel indikazzjonijiet huma li ħadd ma ndarab, però din hija informazzjoni li għad trid tkun ikkonfermata.
In-nirien ikkaġunaw daħna kbira, viżibli minn diversi postijiet, saħansitra l-Belt Valletta, kif jidher fir-ritratt.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1399095126808906/