Fl-Ingilterra, kien hemm dak li maħsub attakk terroristiku wara li vann abjad tajjar għadd ta’ persuni li kienu mexjin fuq il-London Bridge fiċ-ċentru ta’ Londra.
Pulizija armati jinsabu fuq il-post wara li l-vann baqa’ tiela fuq il-bankina u wara saq għal fuq in-nies. Il-Pont ingħalaq miż-żewġ naħat. Il-vann kien qed jinstaq minn raġel u huwa mifhum li madwar ħames persuni ndarbu.