B’ investiment ta’ mija u għoxrin elf ewro, il-vann tal-Malta Public Transport, se jintuza flok ir-rotta mija u tlettin. Rotta li tieħu lill-pubbliku minn naħa għall-oħra tal-Belt Kapitali. Din hija l-izgħar rotta li għandha l-kumpanija, imma hija waħda popolari ferm, hekk kif is-sena li għaddiet din ir-rotta ġarret sittin elf passiġġier. Rotta tintuza ħafna mir-residenti beltin, ħafna minnhom anzjani.
Għal dan il-għan il-vann huwa aċċessibli ferm kemm għall-anzjani kif ukoll għall-persuni b’dizabilita. Il-General Manager tal-Malta Public Transport Conrad Pule, spjega kif dan il-vann mhux biss huwa aċċessibbli, imma huwa ddisinjat biex idur f’toroq dojoq bħal ma huma tal-Belt Kapitali.
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li din ir-rotta hija waħda popolari u l-kumpanija kompliet itejjeb dan is-servizz tat-trasport pubbliku fil-Belt Kapitali. Is-Segretarju Parlamentari għall-Valletta Elfejn u tmintax Deo Debattista qal li l-ħsieb tal-gvern huwa li trakkijiet tal-iskart jinbidlu għal vann sabiex ikunu aċċessibli għat-toroq tal-Belt Valletta.