Qed ikun irrapportat li żewġ subien ta’ erbatax-il sena nqabdu fil-fatt ipinġu l-grafitti fuq is-swar ta’Bormla, li ġew irrestawrati jumejn ilu.
Il-vandaliżmu sar b’bottijiet taż-żebgħa fuq diversi partijiet tal-iswar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
ONE News jinsab infurmat li ntlaħaq ftehim bejn il-ġenituri taż-żewġ subien u d-Direttorat tar-Restawr biex iħallsu tad-danni li saru.
Minn għada ħa jibda x-xogħol mill-kuntrattur taħt superviżjoni mid-Direttorat tar-Restawr, li mistenni jieħu bejn tlett ijiem u erbat ijiem.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/08093010/WhatsApp-Image-2023-01-08-at-09.22.09-1024x1024.jpeg)