Ġnien l-Għarusa tal-Mosta safa fil-mira ta’ vandali hekk kif sebħet ix-xemx kmieni dalgħodu diversi persuni ħabbtu wiċċhom ma’ tifrik ta’ dik li xi darba kienet is-sistema tad-dawl.
Ma’ din is-sistema ġew vandalizzati numru ta’ dust bins u għamara oħra.
Dan il-ġnien ġie renovat f’Mejju li għadda b’investiment ta’ miljun ewro.
Jidher li fuq il-post m’hemmx sistema ta’ sorveljanza u qed isir appell sabiex dan isir.