L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, bagħtet uffiċjali biex jinvestigaw att vandalu li sar fl-Għadira ta’ Sarraflu f’Kerċem, Għawdex aktar kmieni l-Ħadd. Fi stqarrija l-ERA fakkret li din iż-żona hija protetta bil-liġi minħabba l-għadira ta’ ilma ġieri li fiha.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili pruvaw ineħħu ħafna mis-sustanza li ntefgħet fl-ilma fiż-żona, iżda l-operazzjoni ma rnexxietx. L-ERA issa qed taħdem ukoll mal-Korp tal-Pulizija, EcoGozo u entitjajiet oħra biex tidderetimna n-natura tas-sustanza u l-ħsara li din kapaċi tħalli fuq iż-żona.