Valletta United ser ikunu qed jagħmlu minn kollox sabiex ipattu għad-diżapunt tas-sena l-oħra u matul dan l-istaġun jirritornaw fil-Kampjonat Premier.
Sabiex jagħmlu dan it-tim ġie imsaħħaħ bit-tlett plejers li minkejja li huma veterani żgur ser ikunu qed jgħinu lit-tim jilħaq it-tragward tiegħu. Niki Lanzon, Michele Stellini u Edward Aquilina huma t-tlett pilastri li ġew akkwistati u li għal dan l-istaġun, flimkien mal-kumplament tal-skwadra, ser ikunu imexxija minn Srdjan Lazarevic.
Għal dan il-kowċ Montenegrin din ser tkun l-ewwel esperjenza tiegħu f’Malta u matul dan l-istaġun ser ikun assistit minn Stephen Rizzo.
Valletta jinsabu fi Grupp B tar-Rawnd Preliminari flimkien ma’ Sliema, San Ġiljan, Exiles u Otters. Il-Beltin fl-azzjoni illum kontra San Giljan filwaqt li nhar il-Ġimgħa jilgħabu kontra Otters.
Matul dan l-istaġun kif ukoll fil-Kampjonat tax-Xitwa li ġej Valletta United waslu f’ftehim mal-kumpanija IZIBET sabiex jkunu l-isponsors uffiċjali tagħhom. Sergio Cappitta, Direttur tal-Operat tal-Kumpanija, rrignrazzja lill-klabb tax-xogħol tiegħu filwaqt li sostna li huwa l-ħsieb tal-kumpanija li tagħti s-sosten lis-sport lokali.
Minn naħa tagħhom Valletta United permezz tas-Segretarju tal-klabb Jean Carl Farrugia tennew li l-ħidma ilha għaddej minn tmiem l-istaġun li għadda u wara ħafna problemi issa ħarġu ukoll l-permessi sabiex jiġi żvillupat l-proġett tal-pitch. Farrugia żid jgħid li jixtiequ jaraw aktar partitarji preżenti waqt il-logħob.