Fi Tmiem il-ġimgħa li ġħaddiet ġie organizzat l-FISTF International Open of Malta – Valletta 2022, minn Valletta Subbuteo club fil-kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Is-Sibt ġew organizzati il-kompetizzjonijiet tat-timijiet, tal-Veterani u tal – U20. Valletta Subbuteo club rebħu l-kompetizzjonijiet tat-timijiet, kontra Bormla SC bl-iskor ta 3-1. It- Tim kien kompost minn Samuel Bartolo, Derek Conti, Mark Gauci, Mario Camilleri u Joseph Borg Bonaci. Il-ġimgħa li ġejja, Valletta Subbuteo club, ser ikunu qed jippartecipaw fic- Champions League.
Il-Kategorija tal-veterani ġiet mirbuħa John Zammit ta’ Bormla SC u Mario Camilleri ta’ Valletta SC kien Finalist.
Il-kategorija ta’ taħt l-għoxrin ġiet mirbuħa minn Jeshua Bonnici 4-3 bi sudden death kontra Robert Farrugia Randon ta’ Attard SC.
Il-Ħadd kien imiss il-kompetizzjoni tal-kategorija Open. Mark Gauci kien ir-rebbieħ kontra Samuel Bartolo bl-iskor 2-1. Dawn plejers huma t-tnejn ta’ Valletta Subbuteo club. Jurgen Balzan ta’ ST Stembert u Jason Pisani ta’ Bormla SC kienu semifinalisti.