Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Bormla Subbuteo Club organiżża il-Grand Prix internazzjonali ta’ Malta. Kien tournament ta suċċess fejn kien hemm ħafna parteċipanti lokali kif ukoll barranin, fosthom taljani, belġjani, griegi, Ingliżi u awstijaċi
Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjonijiet ta’ taħt-is sittax il-sena li ntrebħet mill-Belgjan Jerome Cuganek (Hennuyer), il-kompetizzjoni ta’ taħt l-għoxrin sena li ntrebħet minn Jamie Bonnici (SS Lazio TF), il-kategorija tan-nisa ntrebħet mill-Belgjana Stephanie Garnier (Tiburones) u dik tal-veterani li rebaħa Charlie Aquilina (Bormla SC).
Is-sibt intlagħbu l-gruppi tal-kompetizzjonijiet tat-timijiet u il-Ħadd tkompliet il-kompetizzjoni tat-timijiet. Valletta Subbuteo Club kienu r-rebbieħa ta’ dan il-Grand Prix. Il-finali ntlagħbet kontra t-tim Belgjan ST Stembert u spiċċat bl-iskor ta’ 3-0. It-tim ta’ Valletta Subbuteo Club kien iffurmat mill-kaptan Samuel Bartolo, Derek Conti, Mark Gauci, Angelo Borg, Joseph Borg Bonaci, Mario Camilleri u l-belgjani Christophe Dheur u Ludovic Ponthieux.
Il- Ħadd kien hemm ukoll il-kompetizzjoni Open li ntrebħet mill-plejer Belgjan Christophe Dheur ta’ Valletta Subbuteo Club. Il-finali kienet ma’ plejers Belgjan ieħor Daniel Scheen tat-tim ST Stembert. L-iskor kien 4-1.
Stephanie Garnier