Tmiem il-ġimgħa fenomenali għat-tim ta’ Valletta Subbuteo Club hekk kif ħa sehem fiċ-Champions League ġewwa l-Italja u rnexxielu jasal sal-finali.
Is-Sibt kien hemm il-logħob tal-gruppi. Fil-grupp ta’ Valletta Subbuteo Club kien hemm it-timijiet taljani Napoli Fighters u Mortellito, tim Grieg Proteas Athens u t-tim Belġjan AS Hennuyer. Valletta Subbuteo Club rebħu l-grupp bla telfa.
Il-Ħadd bdew b’rebħa kontra t-tim Grieg Noctuas Athens bl-iskor 3-0. Din ir-rebħa waslithom sal-kwarti tal-finali kontra t-tim Malti ta’ Bormla SC. Valletta rebħu bl-iskor ta 3-1. Fis-semifinali Valletta kien imiss li jilgħabu kontra t-tim Taljan Eagles Napoli u rebħu bl-iskor ta’ 1-0.
Il-Finali kienet kontra t-tim Taljan Reggio Emilia. Kienet logħba akkanita ħafna. Din id-darba t-tim taljan ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 2-1.
Dan kien riżultat storiku għat-tim ta’ Valletta Subbuteo club. It-tim kien iffurmat mil-kaptan Samuel Bartolo, Derek Conti, Mark Gauci, Mario Camilleri, Joseph Borg Bonaci, u Belġjani Christophe Dheur u Ludovic Phontieux. Kienu akkumpanjati ukoll mill-President Felix Rizzo u l-President onorarju Alfred Fenech.
Intant fl-azzjoni wkoll il-plejer maltin Jurgen Balzan kien qed jipparteċipa mat-tim tiegħu Belġjan St Stembert, li kien iffurmat minn Pascal Scheen, Daniel Scheen, Eric Threis u Jurgen Balzan. Fil-grupp ta’ Stembert kien hemm it-timijiet Fiamme Azzurre, Bormla SC, Royal 78, Olympia, Scarlet. Kienet kwalifikazjoni diffiċli ħafna, iżda irnexxielhom jikkwalifikaw biex b’hekk il-Ħadd lagħbu mal-aħħar sittax mat-tim Taljan Reggio Emilia. Reggio Emilia kien ir-rebbieħ u anke rebbieħa tac-Champions League. St Stembert ġew klassifikati fl’erbatax-il post issa l-impenn li jmiss huwa l-Major ta’ Franza li ser issir iktar tard f’dan ix-xahar.