Fi tmiem il- ġimgħa li għaddiet ġie organizzat il-Major ta’ Bologna – fl-Italja 2023.
It-tim ta’ Valletta Subbuteo Club kien kompost mill-Kaptan Samuel Bartolo, Mark Gauci, Christophe Dheur, Angelo Borg u Joseph Mifsud.
Is-Sibt kien hemm il-kategoriji individwali. Fil-kategorija Open, Samuel Bartolo wasal sal-kwarti tal-finali. Bartolo lgħab kontra t-taljan Alessandro Amatelli u tilef bl-iskor ta’ 3-2. Mark Gauci u Christophe Dheur waslu sal-aħħar 32. Joseph Mifsud lgħab fil-kategorija tal-veterani, imma sfortunatament m’għadiex mill-grupp.
Il-Ħadd, Valletta SC kienu qed jipparteċipaw fil-kompetizjonijiet tat-timijiet. Valletta SC għaddew it-tieni mill-grupp, lagħabu l-play off kontra t-tim ta’ Napoli fighter u rebhu 2-1. Valletta Subbuteo Club waslu sal-kwarti tal-finali, fejn lagħbu kontra t-tim Reggio Emilia u tilfu 3-1.
Valletta Subbuteo Club ser jkunu qed jorganiżżaw l’ FISTF Golden Grand Prix ta’ Malta 2023. Dan it-turnament qed jiġi organizat fl-għeluq il 35th anniversarju tat-tim. Dan it-turnament ser jkun fl-20 u 21ta’ Mejju 2023 – Societa’ Filarmonica Nazionale La Vallette mit- 8.30am il-quddiem. Dhul B’xejn.