Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Major tal-Italja ġewwa Bologna.
Is-sibt kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali fejn ħadu sehem sitt plejers ta’ Valletta Subbuteo club. L-aktar li avvanzaw kienu Mark Gauci, Samuel Bartolo, Christophe Dheur u Derek Conti li ġew eliminate mal-aħħar tnejn u tletin.
Il-Ħadd kien hemm il-kompetizzjonijiet tat-timijiet. Valletta Subboteo Club kien iffurmat mil-captain Samuel Bartolo, Derek Conti, Mario Camilleri, Mark Gauci, Joseph Borg Bonaci, Angelo Borg u Christophe Dheur.
Valletta Subbuteo club għaddew l-ewwel fil-fażi tal-grupp b’punti massimi. Valletta Subbuteo Club ġew eliminate fil-kwarti tal-finali kontra t-tim Taljan Virtus 4strade SC Rieti bl-iskor ta’ 2-1.