Valletta St Paul’s wettqu tripletta ta’ suċċessi fil-Malta Amateur Football Association meta rebħu n-Next Auto Car Sales MAFA KO wara li għelbu lil San Ġiljan Saints 1-0.
Kienet logħba bejn żewġ timijiet b’mentalita’ offensiva fejn minkejja kollox irriżultat f’waħda ferm tattika.
Valletta marru fil-vantaġġ fit-28 minuta meta kien Elton Da Silva li tella’ kontrattakk perikoluż filwaqt li kkrossja tajjeb bil-ballun jasal għand Junior Medatou li f’lasta vojta bir-ras għeleb lil Stian Nielsen bejn il-lasti Ġiljaniżi.
Ftit tal-ħin qabel tmiem l-ewwel taqsima, Valletta spiċċaw jilagħbu b’10 min-nies wara li tkeċċa Andre Farrugia wara foul ikrah fuq Marcus Crowther.
Bl-ewwel taqsima tintemm 1-0 favur il-Beltin.
Fit-tieni taqsima, kif mistenni San Ġiljan ħarġu fuq l-attakk fit-tentattiv li jġibu l-iskor indaqs iżda d-difiża avversarja żammet sod sal-aħħar sabiex ħarġu mill-grawnd ta’ Marsaxlokk bis-sodisfazzjon tar-rebħa.
Fi tmiem il-konfront, Joseph Fava, id-direttur fi ħdan Next Auto Car Sales Ltd ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Valletta St Paul’s Leandro Camilleri.