Illum iċ-Champions Valletta ser ikunu impenjati bil-partita mill-ewwel leg tat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League.
Huma se jilagħbu barra minn Malta f’konfront mat-tim mill-Każakistan, FC Astana.
Dan wara li fil-parita preċedenti fit-tieni leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League, Valletta spiċċaw f’parità ta’ 1-1 kontra t-tim ta’ Ferencvàrosi, iżda dan ma kienx biżżejejd biex jgħaddu għat-tielet rawnd fil-UEFA Champions League.
It-tim ta’ Astana għadhom kemm ġejjin minn rebħa ta’ 4-1 fuq it-tim ta’ FC Santa Coloma, li wasslithom għal dan ir-rawnd.
Il-Logħba se tkun immexxija mir-referee Russu, Vladislav Bezborodov.
Il-konfront se jibda fl-4:00 p.m. ħin lokali. Se tintlagħab fl-Astana Arena f’Nur-Sultan.