Waqt l-edizzjoni tal-programm ‘L-Argument Ikompli’, it-tim manager ta’ Valletta FC Gerard Ellul ikkonferma li Valletta u investituri minn Dubai jinsabu viċin li jiffinnalizzaw t-trattattivi li ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur. Din l-aħbar hija waħda pożittiva ħafna għaliex dawn l-investituri bla dubju se jagħtu saħħa finanzjarja ġdida lit-tim ta’ Valletta u awtomitakment fil-futbol Malti. Il-kumitat ta’ Valletta FC mistenni li jieħu l-approvazzjoni tal-membri tal-klabb qabel ma jiġu konklużi n-negozjati.
Huwa mifhum li wara l-approvazzjoni tal-membri, il-President Victor Scriha flimkien mill-Viċi-President Alexander Fenech u t-tim manager Gerard Ellul mistennija li jiltaqgħu ma’ dawn l-investituri u jiffirmaw l-ftehim.
Ellul qal li dawn it-trattattivi ħadu ż-żmien tagħhom għaliex il-klabb ta’ Valletta huwa tal-partitarji u għalhekk riedu li kollox jimxi bil-pass tiegħu sabiex ma jkun hemm l-ebda problem interni.