Minkejja spekulazzjonijiet li qed iduru fil-midja soċjali dwar il-futur tad-difensur internazzjonali Malti Joseph Zerafa, din il-paġna tkellmet ma’ wieħed mill-ogħla uffiċjali ta’ Valletta FC fejn dan sostna li huma s’issa ma rċivew ebda offerta għal plejer mingħand ebda klabb.
ONE Sport jista’ jikkonferma li ma kien hemm ebda talba jew laqgħa uffiċjali bejn iż-żewġ klabbs dwar dan l-plejer u għalhekk dawn ir-rapporti huma infondati.