Photo: Mark Zammit Cordina
Valletta FC għat-tieni sena konsekuttiva kkurunati bħala champions tal-League BOV Premier wara li għelbu lil Hibernians 5-4 permezz tal-penalties.
Għall-Beltin dan il-kampjonat ifisser ħafna hekk kif laħqu r-rivali eterni tagħhom Floriana bit-total ta’ kampjonati li ntrebħu fl-istorja tal-futbol Malti.
Filfatt bir-rebħa tal-lum it-tim immexxi mill-kowċ Gilbert Agius rebaħ il-kampjonat għal 25 darba, wieħed biss inqas minn Sliema Wanderers.
Kienet logħba missilta f’decider li setgħet marret fuq kull naħa hekk kif kienu Hibernians li fetħu l-iskor wara biss 12 -il minuta bit-tim Belti jikseb id-draw fit-58 minuta.
Il-partitarji Beltin marru f’delirju ta’ ferħ hekk kif fil-ħin barrani Mario Fontanella skorja gowl importanti. Lejn tmiem il-partita Hibernians irnexxielhom jiskurjaw gowl. B’hekk ġew f’parita u kellhom jgħaddu għal rawnd ta’ penalties.