Is-Sibt waranofsinhar, Valletta FC ġew inkunurati Champions tal-BOV Challenge League. Dan se jfisser li mill-istaġun li jmiss, it-tim tal-kapitali se jirritorna mill-ġdid fil-Premier Malti.
Fil-partita tal-lum, Valletta FC skurjaw tripletta kontra t-tim tal-Marsa. Bl-iskorers tal-partita jkunu Enoch Biringanine Mushagalusa, Andrea Zammit u Paul Lapira.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Aktar it-tard, is-supporters Beltin se jiċċelebraw bil-kbir fi Triq ir-Repubblika fil-Belt.