Valletta FC kitbu uffiċjalment lill-Malta Football Association sabiex tinvestiga numru ta’ allegazzjonijiet li saru fil-konfront taċ-ċampjins Floriana FC u l-liċenzja UEFA li ngħatat lill-istess klabb.
Permezz ta’ stqarrija għall-istampja Valletta FC qalu li għalissa mhumiex ser ikunu qed jikkumentaw iżjed dwar dan il-każ.
It-tim mill-kapitali qed jitlob trattament ġust u ugwali u li jekk jirriżulta li dawn l-allegazzjonijiet huma veritiera, jiġu applikati sanzjoni mill-MFA u mill-UEFA.
Valletta FC temmew l-istqarrija billi sostnew li huma lesti li jikkunsidraw jieħdu passi legali kemm lokali u anke internazzjonalment biex jaraw li ssir ġustizzja.