L-ajruplan tal-Air Malta 9H-AEO, ikona tal-Belt Valletta, niżel fi Vjenna wara li opera l-ewwel titjira minn Katanja.Dan fir-rotta l-ġdida Malta-Katanja-Vjenna li tħabbret fil-jiem li għaddew bħala parti mill-istrateġija ta’ tkabbir tal-linja nazzjonali tal-ajru u l-ħsieb li ssir il-linja tal-ajru tal-Mediterran.
Ir-rotta, li se tibda topera darbtejn fil-ġimgħa, ġiet introdotta wara li falliet il-linja tal-ajru Awstrijaka “Niki” f’Diċembru li għadda.