Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tistenna ġimgħa eċċitanti ħafna fejn tidħol il-mużika hekk kif il-ġimgħa d-dieħla mistennija ttella’ spettaklu kbir waqt żewġ attivitajiet fil-Belt Valletta.
Fl-4 ta’ Ottubru, It-tenur Cliff Zammit Stevens mistenni jagħti kunċert flimkien mal-kantanta Ira Losco. Din il-kollaborazzjoni flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se twaħħad il-mużika klassika ma’ dik pop.Fost il-kanzunetti li mistennija jkantaw hemm il-kollaborazzjoni tal-kanzunetta xemx li sa issa marret tajjeb ħafna fuq is-siti soċjali. Cliff Zammit Stevens spjega kif hu u Ira Losco qed jaħdmu fuq repertorju “differenti li qatt m’għamilna. Il-preparamenti sejrin tajjeb ħafna, kollox qed jinstema sabiħ ħafna, fosthom Xemx, li se tkun l-ewwel darba li se nkantawha live fil-kunċert tiegħi”.
Tlett ijiem wara dan il-kunċert waqt edizzjoni oħra tan-notte Bianca se jittellgħu numru ta’ spettakli madwar il-Belt kollha. Ic-chairman tal-Fondazzjoni Valletta elfejn u tmintax Jason Micallef spjega kif se jkun hemm mużika għall-gosti ta’ kulħadd hekk kif mistennija wirjiet minn għadd ta’ gruppi u kantanti minn ġeneri differenti fosthom metal, reggae u mużika klassika.
“Wieħed mill-akbar aspetti li fiha Notte Bianca din is-sena hija l-aktar darba li hija mifruxa fil-Belt Valletta b’mod speċjali fin-naħa t’isfel fejn jgħixu l-Beltin in-naħa tal-komunità imbagħad fuq kollox, imbagħad fuq kollox ukoll qed tirrifletti ħafna ġeneri differenti tal-mużika”
Dawn se jittellgħu minn bosta żoni differenti madwar il-Belt fosthom il-fossa, il-Barrakka, it-teatru Manoel u Strada Stretta.