Ma servew għal xejn it-talbiet ta’ skuża li Valentino Rossi għamel lil ċertu Ana Cabanillas. Ilbieraħ il-mara Spanjola qalgħat daqqa ta’ sieq mis-sewwieq tal-Yamaha, waqt li kienet ma xi ħbieb tieħu s-selfies f’Valencia.
Hija qalet li għall-ewwel ħasbet li kien inċident involontarju imma meta rat il-filmati għal darba, tnejn, iddeċidiet li Rossi għamilha apposta u b’hekk bi ħsiebha tieħu passi legali kontra dak li kien ċampjin tad-dinja disa’ darbiet.