Danusan kull nhar ta’ Tlieta matul l-iskeda tas-sajf se jippreżentaw staġun ieħor ta’ THE MALTA BBQ LEAGUE. Programm sajfi, divertenti li jiffokka fuq sfidi ta’ ikel imsajjar fuq il-bbq.
Apparti Danusan, il-kompetituri u l-kokijiet, matul dan is-sajf se naraw bosta personalitajiet. Fost dawn, Valentina Rossi li żgur bil-kummenti spontanji tagħha dwar l-ikel, ħafna segwaċi se jieħdu gost isegwuha.

Apparti Valentina Rossi, se naraw ukoll lil Amber. Kantanta u personalità versatili li wkoll se narawha parti minn THE MALTA BBQ LEAGUE.

Anke Pawla se tkun fuq ONE matul dan is-sajf. Bl-ispontanjeta tagħha, Pawla tingħaqad ma’ Danusan u ma’ numru ta’ personalitajiet oħra biex tiġġudika l-kompetituri waqt din l-isfida.

THE MALTA BBQ LEAGUE jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fid-9pm fuq ONE. Bl-ewwel programm se jixxandar it-Tlieta 04 ta’ Lulju. Il-programm ikollu repetizzjoni s-Sibt u t-Tnejn fl-10:25pm.